Il-Kateckiżmu
ta’ Heidelberg
Traduzzjoni ta’
Paul Mizzi
1. X’inhu l-uniku faraġ
tiegħek fil-ħajja u fil-mewt?
Li m’inix tiegħi
nnifsi (I Kor. 6:19-20), i żda
b’ġismi u ruħi, fil-ħajja u l-mewt (Rum. 14:7-9),
ninsab fi ħdan is-Salvatur fidil tiegħi, Ġesù Kristu (I
Kor. 3:23; Tit. 2:14), li ħallas kompletament għal dnubieti
kollha b’demmu prezzjuż (I
Pt. 1:18-19; I Ġw. 1:7-9; 2:2), u ħelisni mit-tirannija tax-xitan
(Ġw. 8:34-36; Lhud 2:14-15; I Ġw. 3:1-11). Jgħasses ukoll
fuqi b’tali mod (Ġw. 6:39-40; 10:27-30; II Tess.3:3; I Pt. 1:5)
li xagħra waħda minn rasi ma taqgħax mingħajr
ir-rieda ta’ Missieri fis-smewwiet (Mt. 10:29-31; Lq. 21:16-18):
difatti, il-ħwejjeġ kollha jeħtieġ jaħdmu
flimkien għas-salvazzjoni tiegħi (Rum. 8:28). Għalhekk
Kristu, bl-Ispirtu s-Santu tiegħu, jassigurani mill-ħajja
eterna (Rum. 8:15-16; II Kor. 1:21-22; 5:5; Ef. 1:13-14) u
jagħmilni rrid b’qalbi kollha u lest minn issa ’l quddiem li
ngħix għalih (Rum.8:1-17).
2. X’jeħtieġlek
tkun taf biex tgħix u tmut fl-hena ta’ dan il-faraġ?
Tlett ħwejjeġ:
l-ewwelnett, kemm huma kbar id-dnub u l-miżerja
tiegħi (Rum. 3:9-10; I Ġw. 1:10); it-tieni, kif jien
meħlus mid-dnubiet u l-miżerja
kollha tiegħi (Ġw. 17:3; Atti 4:12; 10:43); u t-tielet, kif
imissni nirringrazzja ’l Alla għal dan il-ħelsien (Mt. 5:16;
Rum. 6:13; Ef. 5:8-10; II Tim. 2:15; I Pt. 2:9-10).
IL-MIŻERJA
TAL-BNIEDEM
3. Mnejn issir taf
bil-mi żerja
tiegħek?
Mil-Liġi t’Alla
(Rum. 3:20; 7:7-25).
4. X’tirrekjiedi minna
l-Liġi t’Alla?
Kristu jgħallimna
dan fil-qosor f’Mattew 22: Ħobb il-Mulej Alla tiegħek b’qalbek
kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u bil-qawwa
tiegħek kollha (Dewt. 6:5). Dan hu l-ewwel u l-akbar kmandament. U
t-tieni bħalu: Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek
innifsek (Lev. 19:18). Il-Liġi kollha u l-profeti jserrħu fuq
dawn i ż-żewġ
kmandamenti.
5. Għandek
ħila tosserva dan kollu perfettament?
B’ebda mod (Rum.
3:9-20; I Ġw. 1:8, 10), għax għandi tendenza naturali li
nobgħod ’l Alla u l-proxxmu tiegħi (Ġen. 6:5; Ġer.
17:9; Rum. 7:23-24; 8:7; Ef. 2:1-3; Tit. 3:3).
6. Allura Alla
ħalaq lill-bniedem hekk ħa żin
u pervers?
Lanqas xejn. Alla
ħalaq il-bniedem tajjeb (Ġen. 1:31) u fuq ix-xbieha
tiegħu (Ġen. 1:26-27), jiġifieri b’ġustizzja u
qdusija vera (Ef. 4:24), biex ikun jaf sewwa ’l Alla l-Ħallieq
tiegħu (Kol. 3:10), iħobbu b’qalbu kollha, u jgħix
miegħu f’hena eterna ħalli jfaħħru u jsebbħu
(Salm 8).
7. Mela mnejn tiġi
din in-natura umana depravata?
Mill-waqgħa u d-di żubbidjenza
ta’ l-ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, fil-ġenna ta’
l-art (Ġen. 3). Din il-waqgħa tant ħassret in-natura
tagħna (Rum. 5:12, 18-19) illi lkoll nitnisslu u nitwieldu fid-dnub
(Salm 51:5).
8. Imma allura ninsabu
tant korrotti li m’aħniex kapaċi totalment nagħmlu
kwalunkwe ħaġa tajba u mixħutin lejn kull ħa żen?
Iva (Ġen. 6:5;
8:21; Ġob 14:4; Isa. 53:6), jekk kemm-il darba ma nkunux imwielda
mill-ġdid bl-Ispirtu t’Alla (Ġw. 3:3-5).
9. Allura Alla ma jimxix
magħna b’inġustizzja filli jirrekjiedi fil-Liġi
tiegħu dak li m’aħniex kapaċi nagħmlu?
Lanqas xejn, għax
Alla ħalaq lill-bniedem bl-abbiltà li j żomm
il-Liġi (Ġen. 1:31; Ef. 4:24). Madankollu, imġarrab mix-xitan
(Ġen. 3:13; Ġw. 8:44), il-bniedem ippriva lilu nnifsu u lid-dixxendenti
kollha tiegħu minn din il-qawwa (Rum. 5:12, 18-19) bid-diżubbidjenza
stinata tiegħu (Ġen. 3:6).
10. Alla jħalli t-tali
di żubbidjenza
u apostasija bla ma jkunu kkastigati?
Da żgur
li le. Alla jinsab mgħaddab terribbilment minħabba d-dnub li
nitwieldu bih kif ukoll bid-dnubiet li nagħmlu personalment.
Bħala Mħallef ġust jikkastigahom issa u fl-eternità (Esodu
34:7; Salm 5:4-6; Naħ. 1:2; Rum. 1:18; Ef. 5:6; Lhud 9:27),
bħalma ddikjara: "Misħut kull min ma jkomplix
jagħmel kull ħaġa miktuba fil-Ktieb tal-Liġi"
(Gal. 3:10; Dewt. 27:26).
11. Imma Alla mhux
ħanin ukoll?
Alla tabilħaqq
mimli ħniena (Es. 34:6-7; Salm 103:8-9), i żda
wkoll ġust (Es. 34:7; Dewt. 7:9-11; Salm 5:4-6; Lhud 10:30-31).
Għaldaqstant il-ħaqq tiegħu jiddomanda li d-dnub,
magħmul kontra l-majestà suprema tiegħu, ikun ikkastigat
bil-piena estrema, jiġifieri bil-kastig etern tal-ġisem u r-ruħ
(Mt. 25:35-46).
IL-FIDWA TAL-BNIEDEM
12. Skond il-ħaqq
ġust t’Alla jistħoqqilna l-kastig kemm f’din id-dinja u
għal dejjem: kif mela nistgħu naħarbu dal-kastig u
nintlaqgħu fil-favur tiegħu?
Alla jirrekjiedi li l-ġustizzja
tiegħu tkun sodisfatta (Esodu 23:7; Rum. 2:1-11). Għalhekk id-domandi
tal-ġustizzja tiegħu jeħtieġ ikunu sodisfatti
għalkollox, minna nfusna jew inkella minn ħaddieħor (Isa.
53:11; Rum. 8:3-4).
13. Nistgħu
nħallsu dan id-dejn aħna nfusna?
Żgur
li le; għall-kuntrarju, ta’ kuljum inkattru l-ħtija
tagħna (Mt. 6:12; Rum. 2:4-5).
14. Tista’ xi
ħlejqa oħra tħallas id-dejn għalina?
Le; għax l-ewwelnett,
Alla mhux se jikkastiga ħlejqa oħra għall-ħtija li
l-bniedem ġab fuqu nnifsu (Eżek.
18:4, 20; Lhud
2:14-18). Barra minn hekk, ebda sempliċi kreatura mhi kapaċi
ġġorr it-toqol ta’ l-għadab etern t’Alla kontra d-dnub,
u teħles lil ħaddieħor minnu (Salm 49:7-9; 130:3).
15. Mela liema medjatur
u ħellies imissna nfittxu?
Wieħed li hu
verament uman (Rum. 1:3; I Kor. 15:21; Lhud 2:17) u tabilħaqq
ġust (Isa. 53:9; II Kor. 5:21; Lhud 7:26), u madankollu i żjed
b’saħħtu mill-ħlejjaq kollha, jiġifieri,
wieħed li huwa fl-istess ħin Alla veru (Isa. 7:14; 9:6;
Ġer. 23:6; Ġw. 1:1).
16. Għaliex irid
ikun verament uman u ġust?
Għax
il-ġustizzja t’Alla tisħaq li n-natura umana, li dinbet,
trid tħallas hi stess għad-dnub (Rum. 5:12, 15; I Kor. 15:21;
Lhud 2:14-16); u għax ebda bniedem midneb ma jista’ qatt
jagħmel sodisfazzjon għal ħaddieħor (Lhud 7:26-27; I
Pt. 3:18).
17. Għaliex irid
ikun ukoll Alla veru?
Biex bis-setgħa
tad-divinità tiegħu jkun jista’, fl-umanità tiegħu,
jitgħabba bit-toqol tar-rabja t’Alla u hekk jaqlagħlna u
jirrestawralna l-ġustizzja u l-ħajja (Isa. 53; Ġw. 3:16;
II Kor. 5:21).
18. Min hu, allura, dan
il-medjatur, Alla veru u fl-istess ħin verament uman u bla dnub?
Sidna Ġesù Kristu
(Mt. 1:21-23; Lq. 2:11; I Tim. 2:5), li ngħatalna liberament
ħalli jifdina kompletament u jagħmilna sewwa m’Alla (I Kor.
1:30).
19. Kif tafu dan?
Mill-Evanġelju
Mqaddes. Alla beda jirrivelah l-ewwel fl-Għeden (Ġen. 3:15), u
aktar tard xandru permezz tal-patrijarki (Ġen. 22:18; 44:10) u l-profeti
qaddisa (Isa. 53; Ġer. 23:5-6; Mik. 7:18-20; Atti 10:43; Lhud
1:1-2), u esibih bis-sagrifiċċji u ċerimonji oħra
tal-Liġi (Lev. 1-7; Ġw. 5:46; Lhud 10:1-10). Finalment wettqu
f’Ibnu l-maħbub (Rum. 10:4; Gal. 4:4-5; Kol. 2:17).
20. Allura l-bnedmin
kollha huma salvati bi Kristu bħalma kulħadd kien mitluf f’Adam?
Le. Huma salvati biss
dawk li b’fidi vera huma mlaqqma fi Kristu u jirċievu l-benefiċċji
kollha tiegħu (Mt. 7:14; Ġw. 3:16, 18, 36; Rum. 11:16-21).
21. X’inhi fidi vera?
Mhix sempliċement
it-tagħrif u l-konvinzjoni li kulma jirrivela Alla fil-Kelma
tiegħu huwa minnu (Ġw. 17:3, 17; Lhud 11:1-3; Ġak. 2:19);
hija wkoll assigurazzjoni b’egħruq fil-fond (Rum. 4:18-21; 5:1;
10:10; Lhud 4:14-16), maħluqa fija mill-Ispirtu s-Santu (Mt.
16:15-17; Ġw. 3:5; Atti 16:14) permezz ta’ l-Evanġelju (Rum.
1:16; 10:17; I Kor. 1:21), li, bi grazzja pura maqlugħa
għalina minn Kristu (Rum. 3:21-26; Gal. 2:16; Ef. 2:8-10), mhux
ħaddieħor biss, imma jien ukoll (Gal. 2:20) għandi
dnubieti maħfura, ninsab għal dejjem sewwa m’Alla, u
mogħti s-salvazzjoni b’xejn (Rum. 1:17; Lhud 10:10).
22. X’imissu mela
jemmen il-Kristjan?
Kwalunkwe ħaġa
li Alla wegħdna fl-Evanġelju (Mt. 28:18-20; Ġw.
20:30-31), miġbura fil-qosor għalina fl-artikli tal-fidi
Kristjana, kredu ċert u kattoliku.
23. X’inhuma dawn l-artikli?
Jiena nemmen f’Alla,
il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.
U f’Ġesù Kristu
l-Iben uniġenitu tiegħu, Sidna; li kien ikkonċeput mill-Ispirtu
s-Santu; twieled mill-verġ ni
Marija. Bata taħt Ponzju Pilatu; sallbuh, miet u difnuh; niżel
f’Ħades. Mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet. Tela’
fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija t’Alla, il-Missier li
jista’ kollox. Minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex
jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin
u l-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu
s-Santu, il-knisja mqaddsa kattolika, ix-xirka tal-qaddisin,
il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma mill-imwiet, u l-ħajja ta’
dejjem. Amen.
24. Kif inhuma mqassma
dawn l-artikli?
Fi tlett partijiet: Alla
l-Missier u l-ħolqien tagħna; Alla l-Iben u l-fidwa
tagħna; Alla l-Ispirtu s-Santu u t-taqdis tagħna.
25. Ladarba hemm Alla
wieħed waħdu (Dewt. 6:4; I Kor. 8:4,6), għaliex issemmi
tlieta: il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu?
Għax Alla hekk
irrevela lilu nnifsu fil-Kelma tiegħu (Mt. 3:16-17; 28:18-19; Lq.
4:18; Isa. 61:1; Ġw. 14:26; 15:26; II Kor. 13:14; Gal. 4:6; Tit.
3:5-6): dawn it-tlett Persuni distinti huma Alla wieħed, veru u
etern.
Alla l-Missier
26. X’temmen meta
tgħid, Nemmen f’Alla,
il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art?
Li l-Missier etern ta’
Sidna Ġesù Kristu, li mix-xejn ħalaq is-smewwiet u l-art u
kulma fihom (Ġen. 1-2; Esodu 20:11; Salm 33:6; Isa. 44:24; Atti
4:24; 14:15), li għadu j żommhom
u jiggvernahom bil-fehma eterna u l-providenza tiegħu (Salm 104;
Mt. 6:30; 10:29; Ef. 1:11), huwa Alla tiegħi u Missieri
minħabba Kristu Ibnu (Ġw. 1:12-13; Rum. 8:15-16; Gal. 4:4-7;
Ef. 1:5). Nafda fih tant li m’għandi ebda dubju li jipprovdili
kulma neħtieġ għal ġismi u ruħi (Salm 55:22;
Mt. 6:25-26; Lq. 12:22-31), u jaqleb għall-ġid tiegħi
kwalunkwe avversità li jibgħatli f’dan il-wied ta’ dmugħ
(Rum. 8:28). Kapaċi jagħmel dan għax hu Alla omnipotenti
(Ġen. 18:14; Rum. 8:31-39); u jrid jagħmel dan għax hu
Missier fidil (Mt. 7:9-11).
27. X’tifhem
bil-providenza t’Alla?
Il-providenza hi l-qawwa
t’Alla, li tista’ kollox u tinsab kullimkien (Ġer. 23:23-24;
Atti 17:24-28), li biha j żomm,
bħallikieku b’idu, is-smewwiet u l-art u l-ħlejjaq kollha (Lhud
1:3), u jaħkimhom b’tali mod li xitel u ħaxix, xita u nixfa,
snin għammiela u ħawlija, ikel u xorb, saħħa u mard,
risq u faqar (Ġer. 5:24; Atti 14:15-17; Ġw. 9:3; Prov. 22:2),
infatti l-ħwejjeġ kollha jiġrulna mhux bix-xorti
(Prov.16:33), imma bl-id paterna tiegħu (Mt. 10:29).
28. X’jiswielna nkunu
nafu li Alla ħalaq u bil-providenza tiegħu għadu j żomm
kollox?
Nistgħu nistabru
meta naqgħu fil-gwaj (Ġob 1:21-22; Ġak. 1:3), inkunu
grati meta kollox imur sewwa (Dewt. 8:10; I Tess. 5:18), u
għall-ġejjieni jkollna konfidenza tajba f’Alla u Missierna
fidil li xejn mhu se jisseparana minn imħabbtu (Salm 55:22; Rum.
5:3-5; 8:38-39), peress li l-ħlejjaq kollha huma tant kompletament
f’idu li mingħajr ir-rieda tiegħu la jistgħu
jitħarrku u lanqas ikunu mħarrka (Ġob 1:12; 2:6;
Prov.21:1; Atti 17:24-28).
Alla l-Iben
29. Għaliex l-Iben
t’Alla hu msejjaħ Ġesù, jiġifieri Salvatur?
Għax isalvana minn
dnubietna (Mt. 1:21; Lhud 7:25). F’ħadd i żjed
ma tinstab is-salvazzjoni; inutli nfittxuha band’ oħra (Isa.
43:11; Ġw. 15:5; Atti 4:11-12; I Tim. 2:5).
30. Allura dawk li
jfittxu s-salvazzjoni u s-sigurtà tagħhom fil-qaddisin, fihom
infushom jew x’imkien ieħor, jemmnu tabilħaqq fl-uniku
Salvatur Ġesù?
Le. Avolja jistgħu
jiftaħru li huma tiegħu, b’għemilhom jiċħdu
’l Ġesù, l-uniku Salvatur u Ħellies (I Kor. 1:12-13; Gal.
5:4). Għax jew Ġesù mhuwiex Salvatur perfett, inkella dawk li
b’fidi vera jilqgħu lil dan is-Salvatur isibu fih kulma
jeħtieġu għas-salvazzjoni tagħhom (Kol. 1:19-20;
2:10; I Ġw. 1:7).
31. Għaliex hu
msejjaħ Kristu, jiġifieri midluk?
Għax kien
maħtur minn Alla l-Missier u midluk bl-Ispirtu s-Santu (Lq.
3:21-22; 4:14-19; Isa.61:1; Lhud 1:9; Salm 45:7) biex ikun il-Profeta
ewlieni u l-Għalliem tagħna (Atti 3:22; Dewt. 18:15) li
jirrivelalna perfettament il-fehma sigrieta u r-rieda t’Alla rigward
il-fidwa tagħna (Ġw. 1:18; 15:15); l-uniku Qassis il-Kbir
tagħna (Lhud 7:17; Salm 110:4) li lliberana
bis-sagrifiċċju wieħed ta’ ġismu (Lhud 9:12;
10:11-14), u li kontinwament jinterċiedi għalina quddiem
il-Missier (Rum. 8:34; Lhud 9:24); u s-Sultan etern tagħna (Mt.
21:5; Żakk.
9:9) li jiggvernana bil-Kelma u l-Ispirtu tiegħu, u jiddefendina u
jżommna
fis-salvazzjoni li kisbilna (Mt. 28:18-20; Ġw. 10:28; Riv.
12:10-11).
32. Imma għaliex
int imsejjaħ Kristjan?
Għax bil-fidi jien
membru ta’ Kristu (I Kor. 12:12-27) u allura għandi sehem mill-unzjoni
tiegħu (Atti 2:17; Ġoel 2:28; I Ġw. 2:27). Jien midluk
biex nistqarr lil Ismu (Mt. 10:32; Rum. 10:9-10; Lhud 13:15), nippre żenta
lili nnifsi għalih bħala sagrifiċċju ħaj ta’
radd il-ħajr (Rum. 12:1; I Pt. 2:5, 9), nissielet b’kuxjenza
ħielsa kontra d-dnub u x-xitan matul din il-ħajja (Gal.
5:16-17; Ef. 6:11; I Tim. 1:18-19), u mbagħad nirrenja ma’ Kristu
fuq il-ħolqien kollu għall-eternità (Mt. 25:34; II Tim.
2:12).
33. Għaliex hu
msejjaħ l-Iben waħdieni t’Alla meta aħna wkoll
ulied Alla?
Għax Kristu
waħdu hu l-Iben etern u naturali t’Alla (Ġw. 1:1-3, 14, 18;
Lhud 1), filwaqt li aħna wlied Alla b’adozzjoni, permezz
tal-grazzja, minħabba Kristu (Ġw. 1:12; Rum. 8:15-17; Ef.
1:5-6).
34. Għaliex
issejjaħlu Sidna?
Għax, mhux bid-deheb
u l-fidda, imma b’demmu prezzju ż
(I Pt. 1:18-19),
fdiena mid-dnub u mid-dominju tax-xitan (Kol. 1:13-14; Lhud 2:14-15), u
xtrana, ġisem u ruħ, biex inkunu tiegħu (I Kor. 6:20; I
Tim. 2:5-6).
35. X’ifisser ikkonċeput
mill-Ispirtu s-Santu; twieled mill-verġni Marija?
Ifisser li l-Iben etern
t’Alla, li hu u jibqa’ Alla veru u etern (Ġw. 1:1; 10:30-36;
Atti 13:33; Salm 2:7; Kol. 1:15-17; I Ġw. 5:20), bil-ħidma ta’
l-Ispirtu s-Santu (Lq. 1:35) ħa għalih innifsu natura verament
umana, mil-laħam u d-demm tal-verġni Marija (Mt. 1:18-23;
Ġw. 1:14; Gal. 4:4; Lhud 2:14), biex hekk isir id-dixxendent veru
ta’ David (II Sam. 7:12-16; Salm 132:11; Mt. 1:1; Rum. 1:3), bħal
ħutu f’kollox (Fil. 2:7; Lhud 2:17) minbarra d-dnub (Lhud 4:15;
7:26-27).
36. X’benefiċċju
tirċievi mill-konċepiment qaddis u t-twelid ta’ Kristu?
Illi hu l-Medjatur
tagħna (I Tim. 2:5-6; Lhud 9:13-15), u bl-innoċenza u l-qdusija
perfetta tiegħu, ineħħi minn quddiem għajnejn Alla
dnubi, li bih tnissilt (Rum. 8:3-4; II Kor. 5:21; Gal. 4:4-5; I Pt.
1:18-19).
37. X’tifhem bil-kelma
bata?
Nifhem li matul
ħajtu kollha fuq l-art, u speċjalment fl-aħħar,
Kristu ġarr fil-ġisem u r-ruħ l-għadab t’Alla
kontra d-dnub tar-razza umana (Isa.53; I Pt. 2:24; 3:18). Għamel
dan biex bil-passjoni tiegħu bħala l-uniku
sagrifiċċju ta’ tpattija (Rum.3:25; Lhud 10:14; I Ġw.
2:2; 4:10), jifdina fil-ġisem u r-ruħ mid-dannazzjoni eterna
(Rum. 8:1-4; Gal. 3:13), u jikseb għalina l-grazzja t’Alla,
il-ġustizzja u l-ħajja eterna (Ġw. 3:16; Rum. 3:24-26).
38. Għaliex sofra taħt
Ponzju Pilatu bħala mħallef?
Biex, għalkemm
innoċenti, ikun ikkundannat minn imħallef temporali (Lq.
23:13-24; Ġw. 19:4, 12-16), u hekk jeħlisna mill-ġudizzju
qalil t’Alla li għalih konna mikxufa (Isa. 53:4-5; II Kor. 5:21;
Gal. 3:13).
39. Hu sinifikanti li
kien mislub minflok ma miet mod ieħor?
Iva; għax hekk jien
konvint li ħa fuqu nnifsu s-saħta li kienet fuqi, peress li l-mewt
tas-salib kienet misħuta minn Alla (Gal. 3:10-13; Dewt. 21:23).
40. Għaliex kien
meħtieġ li Kristu jmut?
Għax,
fil-ġustizzja u l-verità t’Alla (Ġen. 2:17), it-tpattija
għal dnubietna ma setgħetx issir mod ieħor ħlief
bil-mewt ta’ Bin Alla (Rum. 8:3-4; Fil. 2:8; Lhud 2:9).
41. Għaliex kien midfun?
Id-difna tiegħu
tagħtina xhieda li tabilħaqq miet (Isa. 53:9; Ġw.
19:38-42; Atti 13:29; I Kor. 15:3-4).
42. Ladarba Kristu miet
għalina, għaliex xorta waħda jkollna mmutu?
Mewtna ma tħallasx
id-dejn ta’ dnubietna (Salm 49:7). Aktarx, biha ma nidinbux aktar u
sservina bħala daħla għall-ħajja eterna (Ġw.
5:24; Fil. 1:21-23; I Tess. 5:9-10).
43. X’vantaġġ
ieħor nirċievu mis-sagrifiċċju u l-mewt ta’ Kristu
fuq is-salib?
Bil-mewt ta’ Kristu l-bniedem
il-qadim tagħna hu mislub, mogħti l-mewt, u midfun miegħu
(Rum. 6:5-11; Kol. 2:11-12), biex hekk il-leblibiet
ħżiena
tal-laħam ma jaħkmuniex aktar (Rum. 6:12-14), imma minflok
niddedikaw lilna nfusna għalih bħala offerta ta’ gratitudni
(Rum. 12:1; Ef. 5:1-2).
44. Għaliex
il-kredu jissokta, ni żel
f’Ħades?
Biex inkun assigurat fl-akbar
kri żijiet
u tiġrib tiegħi li Kristu Sidi, bin-niket inesprimibbli,
uġigħ u waħx fir-ruħ, matul is-sofferenzi
tiegħu imma speċjalment fuq is-salib, fdieni mill-piena u t-turment
ta’ l-infern (Isa. 53; Mt. 26:36-46; 27:45-46; Lq. 22:44; Lhud
5:7-10).
45. X’benefiċċju
nirċievu mill-qawmien mill-mewt ta’ Kristu?
L-ewwelnett, bil-qawmien
tiegħu għeleb il-mewt, biex hekk iseħibna
fil-ġustizzja miksuba għalina b’mewtu (Rum. 4:25; I Kor.
15:16-20; I Pt. 1:3-5). It-tieni, bis-setgħa tiegħu aħna
wkoll issa mqajjma għal ħajja ġdida (Rum. 6:5-11; Ef.
2:4-6; Kol. 3:1-4). It-tielet, ir-re żurrezzjoni
ta’ Kristu hi għalina pleġġ ċert tal-qawmien
glorjuż tagħna
(Rum. 8:11; I Kor. 15:12-23; Fil. 3:20-21).
46. X’tifhem meta
tgħid, tela’ fis-smewwiet?
Nifhem li, waqt li d-dixxipli
kienu jħarsu lejh, Kristu ntrefa’ mill-art għal
ġos-sema (Lq. 24:50-51; Atti 1:9-11) u jibqa’ hemm
għall-ġid tagħna (Rum. 8:34; Ef. 4:8-10; Lhud 7:23-25;
9:24) sakemm jirritorna biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u
l-mejtin (Atti 1:11).
47. Imma Kristu mhuwiex
magħna sa l-aħħar tad-dinja, kif wegħdna (Mt.
28:20)?
Kristu hu veru Bniedem u
veru Alla. Skond in-natura umana Kristu mhuwiex fuq l-art bħalissa
(Atti 1:9-11; 3:19-21); fid-divinità, majestà, grazzja, u l-Ispirtu
tiegħu, mhu f’ebda waqt assenti minna (Mt. 28:18-20; Ġw.
14:16-19).
48. Jekk l-umanità tiegħu
mhix pre żenti
kulfejn hi d-divinità tiegħu, iż-żewġ
naturi ta’ Kristu mhumiex hekk separati minn xulxin?
Lanqas xejn. Peress li
d-divinità mhix limitata u tinsab kullimkien (Ġer. 23:23-24; Atti
7:48-49; Isa. 66:1), huwa evidenti li d-divinità ta’ Kristu hi
ċertament lil hinn mill-konfini ta’ l-umanità li ħa
għalih innifsu, imma fl-istess ħin id-divinità tiegħu
tinsab fl-umanità tiegħu u tibqa’ personalment magħquda
magħha (Ġw. 1:14; 3:13; Kol. 2:9).
49. X’benefiċċju
nakkwistaw mit-tlugħ fis-sema ta’ Kristu?
L-ewwelnett, huwa l-Avukat
tagħna fis-smewwiet fil-pre żenza
ta’ Missieru (Rum. 8:34; I Ġw. 2:1). It-tieni, għandna
laħamna fis-smewwiet bħala garanzija ċerta li Kristu r-Ras
tagħna għad jieħu lilna, il-membri tiegħu,
għalih innifsu fis-smewwiet (Ġw. 14:2; 17:24; Ef. 2:4-6). It-tielet,
jibgħatilna l-Ispirtu tiegħu bħala kapparra (Ġw.
14:16; II Kor. 1:21-22; 5:5), u bil-qawwa tiegħu aħna
nagħmluha bħala ambizzjoni f’ħajjitna, mhux li nfittxu
ħwejjeġ ta’ l-art, imma l-ħwejjeġ t’hemm fuq,
fejn Kristu qiegħed fuq il-leminija t’Alla (Kol. 3:1-4).
50. Għaliex ikompli,
qiegħed fuq il-leminija t’Alla?
Għax Kristu
għal dan il-għan tela’ fis-smewwiet, biex hemmhekk jidher
bħala r-Ras tal-knisja tiegħu (Ef. 1:20-23; Kol. 1:18), li bih
il-Missier jiggverna l-ħwejjeġ kollha (Mt. 28:18; Ġw.
5:22-23).
51. X’barka niksbu
minn din il-glorja ta’ Kristu, ir-Ras tagħna?
L-ewwelnett, bl-Ispirtu
s-Santu tiegħu jsawwab id-doni smewwija tiegħu fina, il-membri
tiegħu (Atti 2:33; Ef. 4:7-12). It-tieni, jiddefendina b’setgħetu
u j żommna
sikuri mill-egħdewwa kollha tagħna (Salm 110:1-2; Ġw.
10:27-30; Riv. 19:11-16).
52. X’konfort hu dan
għalik li Kristu għandu
jerġa’ jiġi biex jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin
u l-mejtin?
Fid-dieqa u
l-persekuzzjoni kollha tiegħi ngħolli rasi u b’konfidenza
nistenna bħala mħallef lil Dak l-istess wieħed li
diġà għadda ġuri minfloki quddiem Alla u
għaldaqstant neħħieli kull saħta (Lq. 21:28; Rum.
8:22-25; Fil. 3:20-21; Tit. 2:13-14). L-egħdewwa kollha tiegħu
u tiegħi jikkundannahom għall-kastig etern: imma lili u l-mag ħżulin
kollha tiegħu jeħodna flimkien miegħu fil-ferħ u
l-glorja tas-sema (Mt. 25:31-46; II Tess. 1:6-10).
Alla l-Ispirtu s-Santu
53. X’temmen dwar l-Ispirtu
s-Santu?
Mal-Missier u l-Iben, hu
Alla etern (Ġen. 1:1-2; Mt. 28:19; Atti 5:3-4). Ingħatali
personalment (I Kor. 6:19; II Kor. 1:21-22; Gal. 4:6) biex b’fidi vera
jagħmilni sħab fi Kristu u l-barkiet kollha tiegħu (Gal.
3:14), ifarraġni (Ġw. 15:26; Atti 9:31), u jibqa’
miegħi għal dejjem (Ġw. 14:16-17; I Pt. 4:14).
54. X’temmen dwar
il-knisja mqaddsa kattolika?
Nemmen li l-Iben t’Alla,
permezz ta’ l-Ispirtu u l-Kelma tiegħu (Ġw. 10:14-16; Atti
20:28; Rum.10:14-17; Kol. 1:18), mill-bidu tad-dinja sat-tmiem
tagħha (Isa. 59:21; I Kor. 11:26), qiegħed jiġbor minn
fost ir-razza umana kollha (Ġen. 26:3-4; Riv. 5:9),
jipproteġi, u jippri żerva
għalih innifsu komunità magħżula
għall-ħajja eterna (Mt. 16:18; Ġw. 10:28-30; Rum.
8:28-30; Ef. 1:3-14) u fl-unità tal-fidi vera (Atti 2:42-47; Ef.
4:1-6). U jien membru ħaj ta’ din il-komunità (I Ġw. 3:14,
19-21), u nibqa’ fiha għal dejjem (Ġw. 10:27-28; I
Kor.1:4-9; I Pt. 1:3-5).
55. X’tifhem meta
tistqarr ix-xirka tal-qaddisin?
L-ewwelnett, li l-fidili
kollha u kull wieħed, bħala membri ta’ Kristu, huma
msieħba fih u fit-te żori
u l-għotjiet kollha tiegħu (Rum. 8:32; I Kor. 6:17; 12:4-7,
12-13; I Ġw. 1:3). It-tieni, li kull membru għandu jqisu
bħala dmiru li jħaddem dawn id-doni bit-tħabrik u
bil-ferħa għas-servizz u l-vantaġġ tal-membri
l-oħra (Rum. 12:4-8; I Kor. 12:20-27; 13:1-7; Fil. 2:4-8).
56. X’temmen dwar il-maħfra
tad-dnubiet?
Nemmen li Alla,
minħabba t-tpattija ta’ Kristu, qatt mhu se jgħodd kontrija
mqar dnub wieħed (Salm 103:3-4, 10, 12; Mik. 7:18-19; II Kor.
5:18-21; I Ġw. 1:7; 2:2), u lanqas in-natura midinba tiegħi li
magħha jeħtieġli nissara ħajti kollha (Rum.
7:21-25). Aktarx, fil-grazzja tiegħu Alla jagħtini b’xejn
il-ġustizzja ta’ Kristu biex jeħlisni għal dejjem
mill-kundanna (Ġw. 3:17-18; Rum. 8:1-2).
57. Kif tfarrġek il-qawma
mill-imwiet?
Li mhux biss ruħi,
wara dil-ħajja, se tkun immedjatament meħuda għand Kristu
r-Ras tagħha (Lq. 23:43; Fil. 1:21-23), imma saħansitra
l-istess laħmi, imqajjem bil-qawwa ta’ Kristu, għad ikun
magħqud għal darb’ oħra ma’ ruħi u jkun
magħmul bħall-ġisem glorju ż
ta’ Kristu (I Kor.
15:20, 42-46, 54; Fil. 3:21; I Ġw. 3:2).
58. X’faraġ
tislet mill-artiklu dwar
il-ħajja ta’ dejjem?
Bħalma
bħalissa nesperjenza f’qalbi l-bidu ta’ hena eterna (Rum.
14:17), hekk wara dil-ħajja se nippossiedi barka perfetta li
bħalha ebda għajn qatt ma rat, jew widna semgħet, jew
qatt immaġinat il-qalb umana: hena li fiha nfaħħar ’l
Alla għal dejjem (Ġw. 17:3; I Kor. 2:9).
59. Imma x’ġid
jiswielek bħalissa li temmen dan kollu?
Li fi Kristu ninsab
sewwa m’Alla u werriet tal-ħajja eterna (Ġw. 3:36; Rum.
1:17; Ħab. 2:4; Rum. 5:1-2).
60. Kif int magħdud
ġust quddiem Alla?
Biss b’fidi vera f’Ġesù
Kristu (Rum. 3:21-28; Gal. 2:16; Ef. 2:8-9; Fil. 3:8-11). Għalkemm
il-kuxjenza takku żani
li dnibt bl-aħrax kontra l-kmandamenti kollha t’Alla, u li qatt
ma żammejt imqar wieħed minnhom (Rum. 3:9-10), u avolja
għadni inklinat lejn kull ħażen
(Rum. 7:23), madankollu, bla ma jistħoqqli xejn (Tit. 3:4-5),
purament bil-grazzja tiegħu (Rum. 3:24; Ef. 2:8), Alla
jagħtini u jikkreditali s-sodisfazzjon perfett, il-ġustizzja,
u l-qdusija ta’ Kristu (Rum. 4:3-5; Ġen. 15:6; II Kor. 5:17-19; I
Ġw. 2:1-2), bħallikieku qatt ma dnibt jew kont midneb,
bħallikieku kont ubbidjenti perfettament bħalma Kristu kien
ubbidjenti għall-benefiċċju tiegħi (Rum. 4:24-25; II
Kor. 5:21). Din l-għotja t’Alla nilqagħha biss b’qalb li
temmen (Ġw. 3:18; Atti 16:30-31).
61. Għaliex
tgħid li int sewwa m’Alla bil-fidi biss?
Jien
aċċettabbli quddiem Alla mhux għax il-fidi tiegħi hi
denja, i żda
biss minħabba s-sodisfazzjon, il-ġustizzja u l-qdusija ta’
Kristu li jagħmluni sewwa m’Alla (I Kor. 1:30-31). U
nirċievi din il-ġustizzja u nagħmilha tiegħi b’ebda
mod ieħor ħlief bil-fidi biss (Rum. 10:10; I Ġw.
5:10-12).
62. Imma għaliex
l-opri tajba tagħna ma jagħmluniex sewwa m’Alla, jew
għallinqas jgħinuna nsiru sewwa miegħu?
Għax
il-ġustizzja li tgħaddi l-iskrutinju t’Alla trid tkun
assolutament perfetta u b’kull mod konformata mal-Liġi divina
(Rum. 3:20; Gal. 3:10; Dewt. 27:26); filwaqt li l-almu tagħna kollu
f’din il-ħajja huwa imperfett u mtebbgħa bid-dnub (Isa.
64:6).
63. Kif jista’ jkun li
t-tajjeb li nagħmlu ma jimmerita xejn meta Alla jwiegħed li
jippremjah f’din il-ħajja u f’li ġejja? (Mt. 5:12; Lhud
11:6).
Il-premju ma
naqilgħuhx; hu għotja ta’ grazzja (Lq. 17:10; II Tim.
4:7-8).
64. Din id-dottrina ma
tagħmilx lin-nies traskurati u profani?
Le; għax huwa
impossibbli għal dawk imlaqqma fi Kristu b’fidi vera li
jibqgħu ma jipproduċux il-frott ta’ gratitudni (Lq. 6:43-45;
Ġw. 15:5).
Is-Sagramenti
65. Ladarba, mela,
aħna msieħba fi Kristu u l-benefiċċji kollha
tiegħu bil-fidi waħidha, mnejn tiġi dil-fidi?
Jipproduċiha
l-Ispirtu s-Santu fi qlubna (Ġw. 3:5; I Kor. 2:10-14; Ef. 2:8)
bl-ippridkar ta’ l-Evanġelju mqaddes (Rum. 10:17; I Pt. 1:23-25),
u jikkonfermaha bl-u żu
tas-sagramenti mqaddsa (Mt. 28:19-20; I Kor. 10:16).
66. X’inhuma
s-sagramenti?
Is-sagramenti huma
sinjali u siġilli viżibbli
u qaddisa, imwaqqfa mill-Mulej għal dan l-iskop, biex meta
nużawhom jiddikjaralna iżjed
bil-miftuħ il-wegħda ta’ l-Evanġelju, u jqegħdilna
s-siġill tiegħu fuq dik il-wegħda (Ġen. 17:11; Dewt.
30:6; Rum. 4:11), jiġifieri, li jaħfrilna dnubietna u
jagħtina l-ħajja eterna bil-grazzja ħielsa tiegħu,
minħabba s-sagrifiċċju wieħed ta’ Kristu mitmum
fuq is-salib (Mt. 26:27-28; Atti 2:38; Lhud 10:10).
67. Allura l-Kelma kif
ukoll is-sagramenti huma intenzjonati biex jidderiġulna l-fidi
tagħna lejn is-sagrifiċċju ta’ Ġesù Kristu fuq
is-salib bħala l-unika ba żi
tas-salvazzjoni tagħna?
Hekk hu! Għax
fl-Evanġelju l-Ispirtu s-Santu jgħallimna u bis-sagramenti
mqaddsa jassigurana, li s-salvazzjoni sħiħa tagħna
tiddependi fuq is-sagrifiċċju uniku ta’ Kristu offrut
għalina fuq is-salib (Rum. 6:3; I Kor. 11:26; Gal. 3:27).
68. Kemm-il sagrament
ħatar Kristu fil-Patt il-Ġdid?
Tnejn:
il-magħmudija u l-Ikla tal-Mulej (Mt. 28:19-20; I Kor. 11:23-26).
69. Kif inhu sinifikat u
ssiġillat għalik fil-magħmudija li għandek sehem
mis-sagrifiċċju wieħed ta’ Kristu fuq is-salib?
B’dan il-mod: Kristu
waqqaf dan il-ħasil estern bl-ilma (Atti 2:38) u għaqqad
miegħu din il-wegħda, li daqskemm hu ċert li l-ilma
jnaddaf il-ġisem mill-ħmieġ, daqshekk ieħor huwa
ċert li d-demm u l-Ispirtu tiegħu jaħslu lil ruħi
mit-tniġġis tagħha, jiġifieri minn dnubieti kollha
(Mt. 3:11; Rum. 6:3-10; I Pt. 3:21).
70. Xi jfisser tkun
maħsul bid-demm u l-Ispirtu ta’ Kristu?
Maħsul bid-demm ta’
Kristu jfisser li Alla, bil-grazzja tiegħu, ħafirli dnubieti
minħabba d-demm ta’ Kristu msawwab għalina
fis-sagrifiċċju tas-salib (Żakk.
13:1; Ef. 1:7-8; Lhud 12:24; I Pt. 1:2; Riv. 1:5). Maħsul
bl-Ispirtu ta’ Kristu jfisser li l-Ispirtu s-Santu ġeddidna u
qaddisna biex inkunu membri ta’ Kristu, ħalli hekk iżjed u
iżjed immuti għad-dnub u aktar ma jmur ngħixu ħajja
qaddisa u bla għajb (Eżek. 36:25-27;
Ġw. 3:5-8; Rum. 6:4; I Kor. 6:11; Kol. 2:11-12).
71. Fejn wiegħed
Kristu li aħna ċertament maħsulin bid-demm u l-Ispirtu
tiegħu daqskemm ċertament aħna maħsulin bl-ilma
tal-magħmudija?
Fl-istituzzjoni
tal-magħmudija, fejn jgħid: "Morru, mela, u għallmu
l-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier, u ta’
l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu" (Mt. 28:19). "Min jemmen u
jitgħammed, ikun salvat; i żda
min ma jemminx ikun ikkundannat" (Mk. 16:16). Din il-wegħda hi
mtennija fejn l-Iskrittura ssejjaħ il-magħmudija l-ħasil
tat-twelid mill-ġdid (Tit. 3:5) u l-ħasil tad-dnubiet (Atti
22:16).
72. Dan il-ħasil
estern bl-ilma jnaddaf mid-dnubiet?
Le; biss id-demm ta’
Ġesù Kristu u l-Ispirtu s-Santu jippurifikawna minn dnubietna
kollha (Mt. 3:11; I Pt. 3:21; I Ġw. 1:7).
73. Mela għaliex
l-Ispirtu s-Santu jsejjaħ il-magħmudija l-ħasil
tat-twelid mill-ġdid u l-ħasil tad-dnubiet?
Alla jitkellem hekk mhux
mingħajr raġun. Irid jgħallimna li d-demm u l-Ispirtu ta’
Kristu jaħsluna minn dnubietna bħalma l-ilma jneħħi
l-ħmieġ mill-ġisem (I Kor. 6:11; Riv. 1:5; 7:14). Aktar
importanti, b’dan il-pleġġ u sinjal divin, irid jassigurana
li spiritwalment tnaddafna minn dnubietna daqskemm realment
il-ġisem jitnaddaf bl-ilma (Atti 2:38; Rum. 6:3-4; Gal. 3:27).
74. It-trabi
għandhom ikunu mgħammda wkoll?
Iva. It-trabi kif ukoll
l-adulti huma fil-patt t’Alla u huma l-poplu tiegħu (Ġen.
17:7; Mt. 19:14). Xejn inqas mill-adulti, huma mwiegħda
l-maħfra tad-dnub bid-demm ta’ Kristu u l-Ispirtu s-Santu li
jipproduċi l-fidi (Isa. 44:1-3; Atti 2:38-39; 16:31).
Għalhekk, bil-magħmudija, is-sinjal tal-patt, it-trabi
għandhom ikunu milqugħa fil-knisja Kristjana u għandhom
ikunu distinti minn ulied l-infidili (Atti 10:47; I Kor. 7:14).
Fit-Testment il-Qadim dan kien isir biċ-ċirkonċi żjoni
(Ġen. 17:9-14), li fit-Testment il-Ġdid għamlet il-wisa’
għall-magħmudija (Kol. 2:11-13).
75. Kif inhu sinifikat u
ssiġillat għalik fl-Ikla qaddisa li għandek sehem
fis-sagrifiċċju wieħed ta’ Kristu fuq is-salib u
l-benefiċċji kollha tiegħu?
B’dan il-mod: Kristu
kmanda lili u l-fidili kollha biex nieklu mill-ħob ż
maqsum u nixorbu mill-kies, u żied dawn il-wegħdi (Mt.
26:26-28; Mk. 14:22-24; Lq. 22:19-20; I Kor. 11:23-25): l-ewwelnett,
daqskemm fiċ-ċert nara b’għajnejja l-ħobż
tal-Mulej maqsum għalija u l-kies mgħoddi lili, daqshekk huwa
ċert li ġismu kien offrut u maqsum għalija u demmu
mxerred għalija fuq is-salib. It-tieni, daqskemm fiċ-ċert
nirċievi minn id dak li jservi, u ntiegħem b’ħalqi
l-ħobż u
l-kies tal-Mulej, mogħtija lili bħala sinjali ċerti
tal-ġisem u d-demm ta’ Kristu, daqshekk ieħor huwa ċert
li jsostni u jitma lil ruħi għall-ħajja eterna
bil-ġisem imsallab tiegħu u demmu msawwab.
76. Xi jfisser tiekol
il-ġisem mislub ta’ Kristu u tixrob demmu msawwab?
Ifisser mhux biss
tħaddan b’qalb fidila s-sofferenzi kollha u l-mewt ta’ Kristu,
u hekk tirċievi l-maħfra tad-dnubiet u l-ħajja eterna
(Ġw. 6:35, 40, 50-54), iżda
aktar minn hekk tkun magħqud iżjed u iżjed
mal-ġisem imqaddes ta’ Kristu bl-Ispirtu s-Santu li jgħammar
fi Kristu u fina (Ġw. 6:55-56; I Kor. 12:13). U hekk, għalkemm
hu fis-smewwiet (Atti 1:9-11; I Kor. 11:26; Kol. 3:1) u aħna fuq
l-art, xorta waħda aħna laħam minn laħmu u
għadma minn għadmu (I Kor. 6:15-17; Ef. 5:29-30; I Ġw.
4:13); u ngħixu u aħna gvernati għal dejjem minn Spirtu
wieħed, bħalma membri ta’ ġisem wieħed huma minn
ruħ waħda (Ġw. 6:56-58; 15:1-6; Ef. 4:15-16; I Ġw.
3:24).
77. Fejn wiegħed
Kristu li jitma u jmantni lill-fidili b’ġismu u demmu daqskemm hu
ċert li jieklu dal-ħob ż
maqsum u jixorbu dan
il-kies?
Fl-istituzzjoni ta’
l-Ikla, fejn naqraw: "Is-Sid Ġesù, fil-lejl li fih kien
tradut, ħa l-ħob ż
u wara li rringrazzja qasam u qal: ‘Dan hu ġismi għalikom;
dan agħmluh b’tifkira tiegħi.’ Bl-istess mod ukoll ħa
l-kies wara l-iċċenar, jgħid: ‘Dan il-kies hu l-patt
il-ġdid f’demmi; dan agħmluh, kemm-il darba tixorbu minnu, b’tifkira
tiegħi.’ Għax kemm-il darba tieklu dan il-ħobż u
tixorbu l-kies, tniedu mewt il-Mulej sakemm jiġi" (1
Kor.11:23-26). Din il-wegħda hi mtennija minn Pawlu, fejn
jgħid: "Il-kies tal-barka li nbierku, mhux xirka tad-demm
tal-Kristu? Il-ħobż li naqsmu, mhux xirka tal-ġisem
tal-Kristu? Għax aħna l-ħafna ħobż wieħed,
ġisem wieħed; għax kollha mill-ħobż wieħed
nieħdu sehem" (1 Kor.10:16-17).
78. Allura l-ħob ż
u l-inbid isiru
l-ġisem u d-demm reali ta’ Kristu?
Le. Bħalma l-ilma
fil-magħmudija ma jinbidilx fid-demm ta’ Kristu u lanqas ma
jaħsel id-dnubiet minnu nnifsu, billi huwa biss l-għelm u
l-assigurazzjoni divina (Ef.5:26; Tit.3:5), hekk ukoll il-ħob ż
fl-Ikla tal-Mulej ma jinbidilx fil-ġisem attwali ta’ Kristu
(Mt.26:26-29), avolja jissejjaħ il-ġisem ta’ Kristu (1
Kor.10:16-17; 11:26-28) skond kif jaqbel man-natura u l-użanza
tas-sagramenti (Ġen.17:10-11; Es .2:11,13; 1 Kor.10:1-4).
79. Mela għaliex
Kristu jsejjaħ il-ħob ż
ġismu u l-kies
demmu, jew il-Patt il-Ġdid f’demmu; u Pawlu, xirka fil-ġisem
u d-demm ta’ Kristu?
Bir-raġun Kristu ju ża
dawn il-kelmiet. Irid jgħallimna li bħalma l-ħobż u
l-inbid isostnu l-ħajja temporali, hekk ukoll ġismu mislub u
demmu mxerred tabilħaqq imantnu lil ruħna
għall-ħajja eterna (Ġw. 6:51, 55). Iżjed importanti,
b’dan is-sinjal u pleġġ viżibbli
jrid jassigurana li aħna, bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu,
imsieħba fil-ġisem u d-demm veru tiegħu daqskemm hu
ċert li ħalqna jirċievi dawn l-għeliem qaddisa
bħala tifkira tiegħu (I Kor. 10:16-17; 11:26); u li
t-tbatijiet u l-ubbidjenza kollha tiegħu huma definittivament
tagħna bħallikieku personalment sofrejna u ħallasna
għal dnubietna (Rum. 6:5-11).
80. X’differenza hemm
bejn Qsim il-Ħob ż
u l-quddiesa
papalina?
L-Ikla tal-Mulej
tixhdilna li ngawdu l-maħfra sħiħa ta’ dnubietna
bis-sagrifiċċju wieħed ta’ Ġesù Kristu li hu
nnifsu temm fuq is-salib darba għal dejjem (Ġw. 19:30; Lhud
7:27; 9:12, 25-26; 10:10-18). Tiddikjaralna wkoll li l-Ispirtu s-Santu
laqqamna fi Kristu (I Kor. 6:17; 10:16-17), li b’ġismu
bħalissa jinsab fuq il-leminija tal-Missier (Atti 7:55-56; Lhud
1:3; 8:1) fejn iridna nqimuh (Mt. 6:20-21; Ġw. 4:21-24; Fil. 3:20;
Kol. 3:1-3). Imma l-quddiesa tgħallem li l-ħajjin u l-mejtin m’għandhomx
dnubiethom maħfura bit-tbatijiet ta’ Kristu jekk kemm-il darba
Kristu ma jibqax ta’ kuljum ikun offrut għalihom mill-qassisin.
Tgħallem ukoll li Kristu hu korporalment pre żenti
taħt l-ispeċi ta’ ħobż u nbid, u allura
għandu jkun meqjum hemmhekk. Mela l-quddiesa, bażikament,
mhi xejn ħlief ċaħda tas-sagrifiċċju
wieħed u l-passjoni ta’ Ġesù Kristu, u idolatrija misħuta.
81. Min għandu
jipparteċipa fl-Ikla tal-Mulej?
Dawk li huma
dispjaċuti bihom infushom minħabba dnubiethom, u madankollu
jafdaw li, bis-sofferenzi u l-mewt ta’ Kristu, dnubiethom huma
maħfura u d-dgħufija li għadha fihom hi mgħottija;
li wkoll jixtiequ kulma jmur isaħħu l-fidi tagħhom u
jamendaw ħajjithom. Imma l-ipokriti u nies bla ndiema jieklu u
jixorbu ġudizzju għalihom infushom (I Kor. 10:19-22;
11:26-32).
82. Jistgħu
jitħallew jieħdu sehem mill-Ikla tal-Mulej dawk li bi kliemhom
u mġibithom juru li huma
ħżiena u ma
jemmnux?
Le; altrimenti l-patt t’Alla
jkun profanat, u għadbu provokat kontra l-miġemgħa kollha
(I Kor. 11:17-32; Salm 50:14-16; Isa. 1:11-17). Għaldaqstant
il-Knisja Kristjana, skond l-istruzzjoni ta’ Kristu u l-appostli
tiegħu, tinsab fid-dmir teskludi t-tali nies, bl-u żu
uffiċjali ta’ l-imfietaħ tas-saltna, sakemm jirriformaw
ħajjithom.
83. X’inhuma
l-imfietaħ tas-saltna?
L-ippridkar ta’
l-Evanġelju mqaddes u d-dixxiplina Kristjana għall-indiema.
Ix-xandir u d-dixxiplina jiftħu s-saltna tas-smewwiet
għall-fidili u jagħlquha għall-infidili (Mt. 16:19;
Ġw. 20:22-23).
84. Kif inhi s-saltna
tas-smewwiet miftuħa u magħluqa bit-tnidija ta’
l-Evanġelju mqaddes?
Skond il-kmand ta’
Kristu, is-saltna tas-smewwiet hi miftuħa bil-proklamazzjoni u
x-xhieda pubblika lill-fidili kollha li, daqskemm jaċċettaw
il-wegħda fl-evanġelju b’fidi ġenwina, Alla
tabilħaqq jaħfrilhom dnubiethom minħabba l-merti ta’
Kristu. Għall-kuntrarju, is-saltna tas-smewwiet tingħalaq
bit-tnidija lill-infidili u l-ipokriti li, sakemm jibqgħu bla ma
jikkonvertu, ir-rabja t’Alla u l-kundanna eterna jibqgħu fuqhom.
Il-ġudizzju t’Alla, kemm f’din il-ħajja u f’li
ġejja, se jkun skond din it-testimonjanza ta’ l-Evanġelju
(Mt. 16:19; Ġw. 3:31-36; 20:21-23).
85. Kif inhi s-saltna
tas-smewwiet miftuħa u magħluqa bid-dixxiplina tal-knisja?
Skond il-kmand ta’
Kristu, dawk li, avolja huma msejħa Kristjani, jipprofessaw
dottrina jew imġieba kuntrarja għall-Evanġelju, u wara li
jkunu rċevew twiddib imtenni u b’imħabba fraterna,
jirrifjutaw li jabbandunaw l-erruri u l-mogħdijiet
ħżiena tagħhom, u wara li jsir ilment dwarhom
lill-knisja, jew lill-uffiċjali tagħha, jistmellu
l-ammonizzjoni tagħhom ukoll - it-tali persuni jiġu
esklużi
mis-sagramenti mqaddsa u l-komunjoni Kristjana, u Alla nnifsu
jeskludihom mis-saltna ta’ Kristu (Mt. 18:15-20; I Kor. 5:3-5, 11-13;
II Tess. 3:14-15). U jekk iwiegħdu u juru riforma ġenwina,
għal darb’ oħra jintlaqgħu bħala membri ta’
Kristu u l-knisja tiegħu (Lq. 15:20-24; II Kor. 2:6-11).
3. RADD IL-ĦAJR
86. Ladarba, mela,
aħna mifdija mill-mi żerja
tagħna bil-grazzja biss permezz ta’ Kristu, mingħajr ebda
mertu minn naħa tagħna, għaliex imissna xorta waħda
naħdmu s-sewwa?
Billi fdiena b’demmu,
Kristu wkoll qed iġeddidna bl-Ispirtu s-Santu tiegħu biex
inkunu nixbħuh, ħalli b’ħajjitna kollha nuru lilna
nfusna grati lejn Alla għal kulma għamel favur tagħna
(Rum. 6:13; 12:1-2; 1 Pt. 2:5-10), u hekk ikun imfaħħar
permezz tagħna (Mt. 5:16; I Kor. 6:19-20). Barra minn hekk inkunu
assigurati mill-fidi tagħna bil-frott kotran tagħha (Mt.
7:17-18; Gal. 5:22-24; II Pt. 1:10-11); u bil-mixja qaddisa tagħna
l-proxxmu wkoll jintrebaħ għal Kristu (Mt. 5:14-16; Rum.
14:17-19; I Pt. 2:12; 3:1-2).
87. Jistgħu jkunu
salvati dawk li ma jikkonvertux lejn Alla mill-mogħdijiet ingrati u
bla ndiema tagħhom?
Qatt u qatt.
L-Iskrittura tiddikjara li ebda
żieni, ebda
idolatra, adulteru, ħalliel, rgħib, sakranazz, qasqas, brigant
jew nies oħra bħal dawn mhuma se jirtu s-saltna t’Alla (I
Kor. 6:9-10; Gal. 5:19-21; Ef. 5:1-20; I Ġw. 3:14).
88. F’xiex tikkonsisti
l-konver żjoni
ġenwina jew id-dawrien tal-bniedem lejn Alla?
F ’żewġ
ħwejjeġ: il-mortifikazzjoni tal-bniedem il-qadim, u
l-vivifikazzjoni tal-ġdid (Rum. 6:1-11; II Kor. 5:17; Ef. 4:22-24;
Kol. 3:5-10).
89. X’inhi
l-mortifikazzjoni tal-bniedem il-qadim?
Għali mill-qalb
għad-dnub, hekk li nsiru nobogħduh u aktar ma jmur
naħarbu minnu (Salm 51:3-4, 17; Ġoel 2:12-13; Rum. 8:12-13; II
Kor. 7:10).
90. X’inhi
l-vivifikazzjoni tal-bniedem il-ġdid?
Hi l-hena profonda f’Alla
permezz ta’ Kristu (Salm 51:8, 12; Isa. 57:15; Rum. 5:1; 14:17) u
għaxqa fl-għemil ta’ kull ħaġa tajba skond
ir-rieda t’Alla (Rum. 6:10-11; Gal. 2:20).
91. Imma x’inhu
l-għemil jew l-opri tajba?
Biss dak li jitnissel
minn fidi vera (Ġw. 15:5; Lhud 11:6), jikkonforma mal-Liġi t’Alla
(Lev.18:4; I Sam. 15:22; Ef. 2:10), u magħmul għall-glorja
tiegħu (I Kor. 10:31); u mhux dak imsejjes fuq l-opinjoni
tagħna jew kif stabbilit bi tradizzjoni umana
(Dewt. 12:32; Isa. 29:13; Eżek. 20:18-19; Mt. 15:7-9).
92. X’jgħid
il-Mulej fil-Liġi tiegħu?
Alla tkellem dal-kliem
kollu, billi qal: Jiena l-Mulej Alla tiegħek, li ħriġtek
mill-art ta’ l-Eġittu, minn dar il-jasar (Es. 20:1-17; Dewt.
5:6-21):
| |
Ma jkollokx allat
oħra quddiemi. |
| |
La tagħmel
ebda xbieha minquxa għalik, jew xbieha ta’ xi
ħaġa li hemm fis-sema minn fuq, jew li hemm fl-art minn
taħt, jew li hemm fl-ilma ta’ taħt l-art: la tmilx
quddiemhom, u la tqimhomx: għax jien, il-Mulej,
Alla tiegħek, Alla għajjur, li nħallas
ħażen il-missirijiet fl-ulied sat-tielet u r-raba’
nisel ta’ dawk li jobgħoduni; u nagħmel ħniena ma’
eluf minn dawk li jħobbuni, u jħarsu l-kmandamenti
tiegħi. |
| |
La ssemmix isem
il-Mulej, Alla tiegħek, fil-batal: għax il-Mulej ma
jħallix bla kastig lil min isemmi ismu fil-batal. |
| |
Ftakar f’jum
is-Sibt, biex tqaddsu. Sitt ijiem taħdem, u tagħmel
ix-xogħol tiegħek kollu: imma s-seba’ jum hu Sibt
il-Mulej, Alla tiegħek: fih la tagħmel ebda xogħol:
la int, la ibnek, la bintek, la l-qaddej tiegħek, la
l-qaddejja tiegħek, la l-bhejjem tiegħek, u la
l-għarib li jgħammar ‘il ġewwa minn bwiebek.
Għax f’sitt ijiem il-Mulej għamel is-sema u l-art,
il-baħar, u kulma hemm fihom, u strieħ fis-seba’ jum:
għalhekk bierek il-Mulej jum is-Sibt, u qaddsu. |
| |
Weġġaħ
lil missierek u lil ommok: biex jitwalu jiemek fuq l-art li
l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik. |
| |
La toqtolx. |
| |
La tikkommettix
adulterju. |
| |
La tisraqx. |
| |
La tgħidx
xhieda giddieba kontra għajrek. |
| |
La tixtieqx dar għajrek;
la tixtieqx mart għajrek; u la l-qaddej tiegħu; u la
l-qaddejja tiegħu; la l-gendus tiegħu; u la l-ħmar
tiegħu, u lanqas xejn milli hu ta’ għajrek. |
93. Kif inhuma mqassma
dawn il-kmandamenti?
F ’żewġ
twavel: l-ewwel waħda tgħallimna, f’erba’ kmandamenti, x’imissha
tkun ir-relazzjoni tagħna m’Alla; it-tieni waħda tiġbor
sitt kmandamenti, u tgħallimna x’inhuma dmirijietna lejn
il-proxxmu tagħna (Mt. 22:37-39).
94. X’jirrekjiedi
l-Mulej fl-ewwel kmandament?
Li jien, daqskemm
ngħo żż
is-salvazzjoni ta’ ruħi, nevita u niskansa kull idolatrija (I
Kor. 6:9-10; 10:5-14; I Ġw. 5:21), maġija superstizzjuża,
sħarijiet (Lev. 19:31; Dewt. 18:9-12), u invokazzjonijiet
lill-qaddisin jew kreaturi oħra (Mt. 4:10; Riv. 19:10; 22:8-9); u
li nirrikonoxxi sinċerament l-uniku Alla veru (Ġw. 17:3);
nafda fih waħdu (Ġer. 17:5, 7), nissottometti għalih
bl-umiltà (I Pt. 5:5-6) u bis-sabar (Kol. 1:11; Lhud 10:36), nistenna
kull ġid mingħandu biss (Salm 104:27-28; Ġak. 1:17);
inħobbu (Mt. 22:37; Dewt. 6:5), nibża’
minnu (Prov. 9:10; I Pt. 1:17) u nonorah (Mt. 4:10; Dewt. 6:13) b’qalbi
kollha; hekk li nirrenunzja l-ħlejjaq kollha aktarx milli
nagħmel l-iċken ħaġa kontra r-rieda tiegħu (Mt.
5:29-30; 10:37-39).
95. X’inhi
l-idolatrija?
L-idolatrija hi meta
jkollna jew nivvintaw xi ħaġa li fiha nafdaw minflok jew
flimkien l-uniku Alla veru, li rrivela lilu nnifsu fil-Kelma tiegħu
(I Kron. 16:26; Gal. 4:8-9; Ef. 5:5; Fil. 3:19).
96. X’inhi r-rieda t’Alla
għalina fit-tieni kmandament?
Li b’ebda mod ma
nagħmlu xi xbieha t’Alla (Dewt. 4:15-19; Isa. 40:18-25; Atti
17:29; Rum. 1:23) u lanqas inqimuh b’xi mod ieħor ħlief kif
ordnalna Hu stess f’Kelmtu (Lev. 10:1-7; I Sam. 15:22-23; Ġw.
4:23-24).
97. Allura mhu peress
nagħmlu ebda xbieha, hi x’inhi?
Huwa impossibbli u
lanqas tista’ tirrappre żenta
’l Alla viżibbilment b’xi mod; inkwantu l-ħlejjaq,
għalkemm nistgħu nagħmlu xbihat tagħhom, madankollu
Alla jipprojbielna nsawwru jew inżommu
t-tali xbihat jekk l-intenzjoni tagħna tkun li nadurawhom jew
inservu ’l Alla permezz tagħhom (Esodu 34:13-14, 17; II Slaten
18:4-5).
98. M’għandniex
nittolleraw xbihat fil-knejjes bħala għajnuna fit-tagħlim
ta’ nies bla skola?
Le; m’għandniex
nipprovaw inkunu egħref minn Alla, li jrid lil niesu jkunu
istruwiti bix-xandir ħaj tal-Kelma tiegħu (Rum. 10:14-15, 17;
II Tim. 3:16-17; II Pt. 1:19), mhux bl-idoli muti (Ġer. 10:8;
Ħab. 2:18-20).
99. X’jiddomanda Alla
minna fit-tielet kmandament?
Li ma nipprofanawx u
lanqas nabbu żaw
l-Isem t’Alla bid-dagħa (Lev. 24:10-17), sperġuri (Lev.
19:12) jew ħalf bla bżonn (Mt. 5:37; Ġak. 5:12); u lanqas
nissieħbu f’dawn id-dnubiet orribbli f’ħaddieħor
billi nibqgħu siekta jew naħmluhom (Lev. 5:1; Prov. 29:24).
Fil-qosor, jiddomanda li nużaw l-Isem qaddis tiegħu biss
bil-biża’
u timenza (Salm 99:105; Ġer. 4:2), ħalli hekk nistqarruh kif
jixraq (Mt. 10:32-33; Rum. 10:9-10), nitolbuh (Salm 50:14-15; I Tim.
2:8) u nsebbħuh f’kulma ngħidu u nagħmlu (Kol. 3:17).
100. Ewwilla l-profanazzjoni
ta’ l-Isem t’Alla bil-ħalf u d-dagħa hu dnub hekk serju li
għadbu jixgħel ukoll kontra dawk li ma jagħmlux dak kollu
li jiġi minnhom biex ifixklu u jipprojbuh?
Iva,
tabilħaqq (Lev. 5:1); għax ebda dnub mhu ikbar jew iżjed
provokanti għal Alla milli nipprofanaw lil Ismu. Għal dir-raġuni
wkoll ordna li jkun ikkastigat bil-piena kapitali (Lev. 24:10-17).
101. Allura m’għandniex
permess naħilfu bl-Isem t’Alla jekk nagħmlu dan b’reverenza?
Iva, meta l-gvern
jiddomanda dan, jew meta l-ħtieġa hekk tirrekjiedi, ħalli
mmantnu u nippromwovu l-fedeltà u l-verità, għas-sebħ t’Alla
u l-ġid tal-proxxmu; għax it-tali ħalf hu msejjes fuq
il-Kelma t’Alla (Dewt. 6:13; 10:20; Ġer. 4:1-2; Lhud 6:16), u
għalhekk kien użat
sew mill-qaddisin fil-Patt il-Qadim u l-Ġdid (Ġen. 21:24;
Ġoż. 9:15;
I Slaten 1:29-30; Rum. 1:9; II Kor. 1:23).
102. Nistgħu
naħilfu wkoll bil-qaddisin jew bi kreaturi oħra?
Le; għax ħalfa
leġittma tfisser li qed issejjaħ ’l Alla bħala l-uniku
wieħed li jfittex il-qalb, biex jixhed għall-verità, u
jikkastigani jekk naħlef falz (Rum. 9:11; II Kor. 1:23). Ebda
ħlejqa mhi denja ta’ dan il-ġieħ (Mt. 5:34-37;
23:16-22; Ġak. 5:12).
103. X’jirrekjiedi
Alla fir-raba’ kmandament?
L-ewwelnett, li l-ministeru
u l-edukazzjoni evanġelika jkunu mi żmuma
(Dewt. 6:4-9, 20-25; I Kor. 9:13-14; II Tim. 2:2; 3:13-17; Tit. 1:5), u
li, speċjalment f’jum il-mistrieħ, nattendi b’diliġenza
l-assemblea tal-poplu t’Alla (Dewt. 12:5-12; Salm 40:9-10; 68:26; Atti
2:42-47; Lhud 10:23-25) biex nitgħallem Kelmtu (Rum. 10:14-17; I
Kor. 14:31-32; I Tim. 4:13), nipparteċipa fis-sagramenti (I Kor.
11:23-24), ninvoka ’l Alla pubblikament (Kol. 3:16; I Tim. 2:1) u
nressaq l-offerta Kristjana għall-foqra (Salm 50:14; I Kor. 16:2;
II Kor.8-9). It-tieni, li kull jum ta’ ħajti nistrieħ mill-għemejjel
ħżiena
tiegħi, inċedi lili nnifsi għall-Mulej biex jaħdem
fija bl-Ispirtu tiegħu, u hekk nibda f’din il-ħajja is-Sabat
etern (Isa. 66:23; Lhud 4:9-11).
104. X’inhi r-rieda t’Alla
għalik fil-ħames kmandament?
Li nonora, inħobb,
u nkunu leali lejn missieri u ommi, u dawk kollha li għandhom
awtorità fuqi; li nobdi u nissottometti ruħi għalihom, kif
inhu xieraq, meta jikkoreġuni u jikkastigawni (Esodu 21:17; Prov.
1:8; 4:1; Rum. 13:1-2; Ef. 5:21-22; 6:1-9; Kol. 3:18-4:1); kif ukoll
nistabar bi dgħufijiethom (Prov. 20:20; 23:22; I Pt. 2:18), ladarba
Alla jogħġbu jiggvernana b’idhom (Mt. 22:21; Rum. 13:1-8; Ef.
6:1-9; Kol. 3:18-21).
105. X’jiddomanda Alla
minnek fis-sitt kmandament?
Jordnali li la
bil-ħsieb, la bi kliemi, bil-ħars jew mossi, u wisq inqas b’għemil
attwali, ma nkasbar, ninsulta, nobgħod, infieri jew noqtol
lill-ġar tiegħi, u lanqas inkun kompliċi f’dan ma’
ħaddieħor (Ġen. 9:6; Lev. 19:17-18; Mt. 5:21-22; 26:52);
aktarx, inwarrab minni kull desiderju għall-vendetta (Prov.
25:21-22; Mt. 18:35; Rum. 12:19; Ef. 4:26). I żjed
minn hekk, ma nagħmilx ħsara lili nnifsi u lanqas nipperikola
lili nnifsi bi traskuraġni jew apposta (Mt. 4:7; 26:52; Rum.
13:11-14). Għalhekk, biex jirrestrinġi d-delitti, il-gvern hu
armat bis-sejf (Ġen. 9:6; Esodu 21:14; Rum. 13:4).
106. Imma dal-kmandament
jirreferi biss għall-qtil?
Filli jipprojbixxi l-qtil
Alla jgħallimna li jistkerraħ l-għerq tal-qtil: l-għira,
il-mibegħda, ir-rabja, u x-xewqa għat-tpattija (Prov. 14:30;
Rum. 1:29; 12:19; Gal. 5:19-21; I Ġw. 2:9-11). F’għajnejh
dan kollu hu qtil moħbi (I Ġw. 3:15).
107. Bi żżejjed
mela li ma noqtlux lill-proxxmu tagħna b’xi wieħed minn dawn
il-modi?
Le. Billi jikkundanna l-ġelo żija,
il-mibegħda u s-saħna, Alla jridna allura nħobbu lil
għajrna bħalna nfusna (Mt. 7:12; 22:39; Rum. 12:10): nistabru,
naħdmu s-sliem, inkunu ġwejda, ħanina, u amikevoli
miegħu (Mt. 5:3-12; Lq. 6:36; Rum. 12:10, 18; Gal. 6:1-2; Ef. 4:2;
Kol. 3:12; I Pt. 3:8), nipproteġuh mid-deni daqskemm jiddependi
minna, u nagħmlu l-ġid imqar lill-għedewwa (Esodu 23:4-5;
Mt. 5:44-45; Rum. 12:20-21; Prov. 25:21-22).
108. X’inhi r-rieda t’Alla
għalina fis-seba’ kmandament?
Kwalunkwe immoralità hi
misħuta minn Alla (Lev. 18:30; Ef. 5:3-5), u għaldaqstant
imissna nidditestawha mill-qalb (Ġuda 22-23) u ngħammru
modestament u fis-safa, sew fiż-żwieġ
imqaddes kif ukoll fl-istat ċelibi (I Kor. 7:1-9; I Tess. 4:3-8;
Lhud 13:4).
109. F’dan
il-kmandament Alla jipprojbixxi biss dnubiet skandalu żi
bħalma hu l-adulterju?
Ladarba ġisimna u
ruħna huma tempji ta’ l-Ispirtu s-Santu, Alla jridna n żommuhom
it-tnejn nodfa u qaddisa. Għaldaqstant jipprojbixxi kull
ħaġa li tħajjarna għall-impurità (I Kor. 15:33; Ef.
5:18), sew jekk inhi azzjonijiet, ġesti, diskors, ħsibijiet,
jew xewqat (Mt. 5:27-29; I Kor. 6:18-20; Ef. 5:3-4).
110. X’jiċħdilna
Alla fit-tmien kmandament?
Jiċħdilna mhux
biss serq u ħell li huma kkastigati mill-qrati (Esodu 22:1; I Kor.
5:9-10; 6:9-10), imma jittimbra wkoll bħala serq kull qerq u
tberbix tal-proxxmu tagħna bil-forza jew skemi taparsi
leġittmi (Mik. 6:9-11; Lq. 3:14; Ġak. 5:1-6), bħalma huma
kejl inġust fil-piż,
fid-daqs jew fil-volum; negozju bil-brikkunaġni, flus foloz,
użura, jew mezzi oħra projbiti mill-Mulej (Dewt. 25:13-16;
Salm 15:5; Prov. 11:1; 12:22; Eżek. 45:9-12;
Lq. 6:35). Aktar minn hekk ma jridniex inkunu rgħiba (Lq. 12:15; Ef.
5:5) u lanqas inberbqu l-għotjiet tiegħu bla skop (Prov.
21:20; 23:20-21; Lq. 16:10-13).
111. X’jitlob minnek
Alla b’dan il-kmandament?
Li navvanza l-ġid
tal-proxxmu fejn u meta nkun nista’, nittrattah bħalma nixtiequ
jittratta lili, u nistinka fedelment biex inkun kapaċi
nikkontribwixxi lill-foqra fil-b żonnijiet
tagħhom (Isa. 58:5-10; Mt. 7:12; Gal. 6:9-10; Ef. 4:28).
112. X’inhi r-rieda t’Alla
għalik fid-disa’ kmandament?
Li ma nixhed falz kontra
ħadd, ma ngħawwiġx kliem ħaddieħor, u ma
nsefsifx jew inqasqas; ma niġġudikax u lanqas ningħaqad
ma’ l-oħrajn fil-kundanna ta’ xi ħadd mingħajr ma
jkun mismugħ jew mingħajr kaw ża
ġusta (Salm 15; Prov. 19:5; Mt. 7:1; Lq. 6:37; Rum. 1:28-32).
Aktarx, għandi nevita l-gideb u ingann ta’ kull xorta bħala
l-għemejjel proprji tax-xitan, li ma nniżżilx
fuqi r-rabja intensa t’Alla (Lev. 19:11-12; Prov. 12:22; 13:5; Ġw.
8:44; Riv. 21:8). Jerġa’, fi kwistjonijiet ta’ ġudizzju u
kull trattar ieħor imissni nħobb il-verità, nitħadditha
sinċerament, u nistqarrha bil-miftuħ (I Kor. 13:6; Ef. 4:25);
u daqskemm jiġi minni niddefendi u nippromwovi l-ġieħ u
l-fama tajba tal-proxxmu (I Pt. 3:8-9; 4:8).
113. X’jistenna minnek
Alla fl-għaxar kmandament?
Li lanqas l-iċken
inklinazzjoni jew ħsieb kuntrarju għal xi wieħed mill-kmandamenti
t’Alla m’għandu qatt jitqanqal f’qalbi; aktarx, imissni
dejjem nobgħod id-dnub kontinwament b’qalbi kollha u
nitgħaxxaq f’kulma hu sewwa (Salm 19:7-14; 139:23-24; Rum.
7:7-8).
114. Imma dawk
konvertiti lejn Alla kapaċi jobdu dawn il-kmandamenti perfettament?
Le; f’din
il-ħajja mqar in-nies l-aktar qaddisa jiksbu biss bidu ċkejken
ta’ din l-ubbidjenza (Ekk. 7:20; Rum. 7:14-15; I Kor. 13:9; I Ġw.
1:8-10). Madankollu, b’għan serju u ħerqan, jibdew
jgħixu mhux biss skond x’uħud, i żda
skond il-kmandamenti kollha t’Alla (Salm 1:1-2; Rum. 7:22-25; Fil.
3:12-16).
115. Għaliex, mela,
Alla jrid l-għaxar kmandamenti pridkati strettament, ladarba
ħadd m’għandu l-ħila josservahom f’din il-ħajja?
L-ewwelnett, biex matul
għomorna kollu nsiru nafu aktar u aktar in-natura midinba
tagħna, u hekk aktar bi ħrara nħarsu lejn Kristu
għall-maħfra tad-dnubiet u l-ġustizzja (Salm 32:5; Rum.
3:19-26; 7:7, 24-25; I Ġw. 1:9). It-tieni, biex, filwaqt li nitolbu
’l Alla għall-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu, ma nehdew qatt
milli nħabirku ħalli kulma jmur niġġeddu fix-xbieha
t’Alla, sakemm finalment nottienu l-perfezzjoni sħiħa wara
dil-ħajja (I Kor. 9:24; Fil. 3:12-14; I Ġw. 3:1-3).
It-Talb
116. Għaliex it-talb
hu meħtieġ għall-Kristjani?
Għax hu l-parti
ewlenija tar-ringrazzjament li Alla jirrekjiedi minna (Salm 50:14-15;
116:12-19; I Tess. 5:16-18). Ukoll għax Alla jagħti l-grazzja
u l-Ispirtu s-Santu lil dawk biss li jersqu quddiemu kontinwament u
jokorbu fihom infushom, u jitolbuh dawn l-għotjiet u jroddulu
ħajr għalihom (Mt. 7:7-8; Lq. 11:9-13).
117. Kif iridna nitolbu
Alla hekk li talbna jogħġbu u jismagħna?
L-ewwelnett,
jeħtieġ nitolbu mill-qalb, lil ħadd ħlief ’l Alla
waħdu veru, li rrevela lilu nnifsu fil-Kelma, u nirrikjestaw kull
ħaġa li kmandana nitolbuh (Salm 145:18-20; Ġw. 4:22-24;
Rum. 8:26-27; Ġak. 1:5; I Ġw. 5:14-15). It-tieni, irridu
nammettu l-bżonn
u l-miżerja tagħna, bla ma naħbu xejn, u numiljaw lilna
nfusna fil-preżenza majestuża
tiegħu (II Kron. 7:14; Salm 2:11; 34:18; 62:8; Isa. 66:2; Riv. 4).
It-tielet, jeħtieġ inserrħu fuq dan il-pedament sod: li
avolja ma jistħoqqilniex, ċertament jagħti widen
għat-talb tagħna minħabba Kristu Sidna, skond kif
wegħdna f’Kelmtu (Dan. 9:17-19; Mt. 7:8; Ġw. 14:13-14;
16:23; Rum. 10:13; Ġak. 1:6).
118. Xi kmandana Alla
nitolbuh?
Kulma neħtieġu,
spiritwalment u fi żikament
(Ġak. 1:17; Mt. 6:33), kif inhu miġbur fit-talba li Kristu
Sidna nnifsu għallimna.
119. Kif inhi din it-talba?
Missierna li
int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int
fl-art, kif inhu fis-sema; ħobżna ta’ kuljum agħtina
llum, u aħfrilna djunna, bħalma naħfru aħna
lill-midjunin tagħna, u la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna mill-ħażen: għax tiegħek is-saltna,
u s-setgħa, u l-glorja, għal dejjem. Amen (Mt.
6:9-13; Lq. 11:2-4).
120. Għaliex Kristu
kmandana nsejħu lil Alla Missierna?
Biex fil-bidu nett ta’
talbna jqanqal fina rispett bħal tat-tfal lejn Alla, u fiduċja
fih, li għandhom isejjsu t-talb tagħna: jiġifieri, li
Alla sar Missierna permezz ta’ Kristu, u wisq inqas
jiċħdilna kulma nitolbuh b’fidi vera milli l-ġenituri
tagħna jirrifjutawlna l-ħwejjeġ ta’ did-dinja (Mt.
7:9-11; Lq. 11:11-13).
121. Għaliex inżidu
l-frażi li
int fis-smewwiet?
Biex ma nħaddnu
ebda ħsieb baxx dwar il-majestà smewwija t’Alla (Ġer.
23:23-24; Atti 17:24-25), u mill-qawwa omnipotenti tiegħu nistennew
kull ħaġa neċessarja għall-ġisem u r-ruħ
(Mt. 6:25-34; Rum. 8:31-32).
122. Xi tfisser l-ewwel
rikjesta?
Jitqaddes ismek
tfisser: Agħtina li nkunu nafuk tabilħaqq (Ġer. 9:23-24;
31:33-34; Mt. 16:17; Ġw. 17:3), inbirkuk, inqimuk, u
nfaħħruk għall-għemejjel kollha tiegħek, li
fihom jiddu l-qawwa, is-sapjenza, it-tjieba, il-ġustizzja,
il-ħniena u l-verità tiegħek (Esodu 34:5-8; Salm 145;
Ġer. 32:16-20; Lq. 1:46-55, 68-75; Rum. 11:33-36); u
għaldaqstant nagħrfu nordnaw u nidderieġu ħajjitna,
f’kulma naħsbu, inlissnu, u nagħmlu, b’tali mod li ismek
qatt ma jisfa mżeblaħ,
iżda
aktarx imweġġaħ u mfaħħar minħabba fina (Salm
115:1; Mt. 5:16).
123. X’inhu
s-sinifikat tat-tieni rikjesta?
Tiġi saltnatek
tfisser: Gvernana bil-Kelma u l-Ispirtu tiegħek b’tali mod li
kulma jmur nissottomettu rwieħna għalik (Salm 119:5, 105;
143:10; Mt. 6:33); ippriżerva
u kabbar il-Knisja tiegħek (Salm 122:6-9; Mt. 16:18; Atti 2:42-47);
eqred l-għemejjel tax-xitan; xejjen kull forza xewwiexa kontra
tiegħek, u konfoffi ħżiena
mnissla kontra l-Kelma Mqaddsa (Rum. 16:20; I Ġw. 3:8), sakemm
saltnatek tkun kompluta u perfetta, u fiha tkun int kollox f’kulħadd
(Rum. 8:22-23; I Kor. 15:28; Riv. 22:17, 20).
124. Xi rridu nfissru
bit-tielet petizzjoni?
Ikun li trid int fl-art,
kif inhu fis-sema hi talba biex
Alla jagħti lilna u l-bnedmin kollha li nirrinunzjaw ir-rieda
tagħna u mingħajr tgergir nobdu r-rieda tiegħu, li
waħidha hi t-tajba (Mt. 7:21; 16:24-26; Lq. 22:42; Rum. 12:1-2;
Tit. 2:11-12); ħalli hekk kull wieħed iwettaq il-kariga u
s-sejħa tiegħu (I Kor. 7:17-24; Ef. 6:5-9) b’rieda tajba u
lealtà bħalma jagħmlu l-anġli fis-smewwiet (Salm
103:20-21).
125. X’inhi t-tifsira
tar-raba’ rikjesta?
Ħob żna
ta’ kuljum agħtina llum tfisser:
Ħa jkun jogħġbok tipprovdielna
għall-ħtiġijiet kollha tal-ġisem (Salm 104:27-30;
145:15-16; Mt. 6:25-34), ħalli hekk nagħrfu li int waħdek
l-għajn ta’ kull ġid (Atti 14:17; 17:25; Ġak. 1:17), u
li mingħajr barkietek la ħidmietna u l-bżulija
tagħna u lanqas l-għotjiet tiegħek ma jkunu ta’
qliegħ għalina (Dewt. 8:3; Salm 37:16; 127:1-2; I Kor. 15:58);
u għaldaqstant nirtiraw il-fiduċja tagħna mill-ħlejjaq
kollha u nqegħduha biss fik (Salm 55:22; 62; 146; Ġer. 17:5-8;
Lhud 13:5-6).
126. X’sinifikat fiha
l-ħames petizzjoni?
Aħfrilna djunna,
bħalma naħfru aħna lill-midjunin tagħna
tfisser: Ħa jkun jogħġbok, f’ġieħ id-demm ta’
Kristu, li ma tgħoddx kontrina, midinbin miżerabbli,
it-trasgressjonijiet kotrana tagħna, u lanqas il-ħażen
li għadu mqabbad magħna (Salm 51:1-7; 143:2; Rum. 8:1; I
Ġw. 2:1-2), bħalma wkoll insibu fina din ix-xhieda tal-grazzja
tiegħek, li ninsabu determinati fis-sħiħ li naħfru
lill-proxxmu tagħna mill-qalb (Mt. 6:14-15; 18:21-35).
127. X’importanza
nsibu fis-sitt petizzjoni?
La ddaħħalniex
fit-tiġrib, i żda
eħlisna mill-ħażen tfisser:
Billi aħna hekk debboli fina nfusna li m’aħniex kapaċi
nieqfu mqar waqt wieħed (Salm 103:14-16; Ġw. 15:1-5), u barra
minn hekk, ladarba l-għedewwa mortali tagħna - ix-xitan (II
Kor. 11:14; Ef. 6:10-13; I Pt. 5:8), id-dinja (Ġw. 15:18-21) u
laħamna stess (Rum. 7:23; Gal. 5:17) qatt ma jehdew jassaltawna,
ħa jkun jogħġbok tippriżervana
u ssaħħaħna bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu
tiegħek biex niqfulhom fis-sod u ma negħrqux f’din it-taqtigħa
spiritwali (Mt. 10:19-20; 26:41; Mk. 13:33; Rum. 5:3-5), sakemm
finalment niksbu vittorja sħiħa (I Kor. 10:13; I Tess. 3:13;
5:23).
128. Kif tikkonkludi din
it-talba?
Għax tiegħek
is-saltna, u s-setgħa, u l-glorja, għal dejjem.
B’hekk irridu ngħidu: Dan kollu nitolbuh mingħandek
għax bħala s-Sultan tagħna b’qawwa fuq
il-ħwejjeġ kollha, inti trid kif ukoll kapaċi
tagħtina kwalunkwe ħaġa tajba (Rum. 10:11-13; II Pt.
2:9), u hekk mhux aħna i żda
Ismek imqaddes ikun imsebbaħ għal dejjem (Salm 115:1; Ġw.
14:13).
129. X’sinifikat
għandha l-klejma Amen?
Tfisser hekk ikun
verament u ċertament. It-talba tiegħi hi i żjed
ċertament mismugħa minn Alla milli nħoss f’qalbi li
tabilħaqq nixtieq dawn il-ħwejjeġ mingħandu (Isa.
65:24; II Kor. 1:20; II Tim. 2:13).
Copied by permission.
Traduzzjoni ta' Paul
Mizzi. Il-jeddijiet kollha mizmuma.
Ebda parti minn dan il-ktieb ma tista' tigi riprodotta f'xi forma
minghajr il-permess bil-miktub tat-traduttur (http://www.tecmalta.org/).
Għal
aktar kitbiet bil-Malti ikklikkja hawn.
Per risorse in
italiano, clicca qui. |